Il-Mellieħa Mal-Milja taż-Żmien
Il-ktieb "Il-Mellieħa Mal-Milja taż-Żmien" ġie ppubblikat mill-Kunsill Lokali Mellieħa fi Frar ta` l-2002. Dan il-ktieb jiġbor fih l-storja tal-Mellieħa mis-seklu sittax 'il quddiem. L-għan tal-Kunsill Lokali kien li l-istorja dwar ir-raħal tagħna tinġabar u tiġi pubblikata għall-benefiċċju ta` kull min għandu għal qalbu l-Mellieħa. U fil-fatt hekk ġara. Għall-ewwel darba ir-raħal tagħna għandu id-diversi aspetti ta` l-istorja tiegħu miġbura fi ktieb, kif inhuwa xieraq. Dan il-ktieb jinsab għall-bejgħ mill-uffiċċju tal-Kunsill Lokali. Prezz: €14.56 (Lm 6.25).
Editur: Joe Catania
Awturi: F`dan il-ktieb ikkontribwew sbatax-il awtur.
Il-ktieb huwa stampat softbound jew hardbound u huwa bil-Malti u bl-Ingliż
Kapitli:
L-Ambjent Naturali
Alex Camilleri
Il-Wirt Arkeoloġiku tal-Qedem
Ernest Vella
Il-Mellieħa f`Mapep mis-Sekli Sittax sa Dsatax
Albert Ganado
L-Inħawi tal-Mellieħa fiż-Żmien Nofsani
Godfrey Wettinger
Is-Santwarju u l-Parroċċa Tul iż-Żmien
Alexander Bonnici OFMConv.
Ħarsa Ġdida Lejn l-Ikona tal-Madonna
Mons. Vincent Borg
Fortifikazzjonijiet
Stephen C. Spiteri
Il-Mellieħa fl-Ewwel Nofs tas-Seklu Dsatax
David Muscat
Il-Mellieħa fis-Seklu Għoxrin
Alfred Vella
Inħawi Abitati u Toroq
Jimmy Muscat
Selmun
Paul P. Borg
Għajn Tuffieħa u l-Manikata
Mario Cardona
Il-Giren u l-Imgiebaħ
Carol Jaccarini
Titwila Lejn Xi Leġġendi
Ġorġ Mifsud-Chircop
Il-Miġja tas-Sorijiet
Sr Emma Camilleri, CFCJ
Il-Madonna tal-Mellieħa
Raymond Saliba
Tradizzjoni u Modernita` fil-Mellieħa
Ray Debono-Roberts
Pubblikazzjoni Informattiva dwar il-Mellieħa għal-Viżitatur
Il-ktejjeb "Malta - Discover the North .... The Locality of Mellieħa" ġie ppubblikat mill-Kumitat ta` l-Għaqda Soċjali 8 ta` Settembru, Mellieħa. Huwa ktejjeb li lil min se jżur il-Mellieħa l-ewwel darba, jagħtih dak kollu li jixtieq ikun jaf fuqha: kultura, storja, tradizzjonijiet, postijiet ta` divertiment u rikrejazzjoni u informazzjoni oħra meħtieġa fuq il-Mellieħa. Dan il-ktejjeb jista` jinkiseb mill-uffiċċju tal-Kunsill Lokali u mill-istabbilimenti lokali.