Mill-Qiegħa

Mill-Qiegħa huwa l-magazin tal-Kunsill Lokali Mellieħa, li jiġi ppubblikat kull xahrejn u jitqassam b`xejn lir-residenti tal-Mellieħa u tal-Manikata. Wieħed isib fih tagħrif dwar il-ħidma tal-Kunsill Lokali, kif ukoll informazzjoni fuq is-servizzi li jirrendi, l-attivitajiet u materji ohra li l-Kunsill ikun b`xi mod involut fihom.

Qabel beda jiġi ppubblikat il-magazin fl-1999, il-Kunsill kien iwassal il-messaġġ tiegħu permezz tal-gazzetta "Il-Mellieħa" li toħroġ kull xahar miċ-Ċentru Parrokkjali. Il-paġna tal-Kunsill fi "Il-Mellieħa" għadha tidher regolari sa llum.

Il-Kunsill Lokali jemmen li r-residenti tal-lokalita` għandhom ikunu infurmati bil-ħidma tal-Kunsill Lokali u b`dak kollu li jkun għaddej fil-lokalita`. Għaldaqstant, il-magazin "Mill-Qiegħa" huwa mezz biex din l-informazzjoni tasal għand ir-residenti kollha tal-lokalita`.


Ir-rati ta` l-abbonament huma kif jidhru hawn taħt:

Abbonament biss:
€6.99 fis-sena (Lm 3.00)

Abbonament inkluż spejjeż postali għall-Ewropa:
€11.65 fis-sena (Lm 5.00)

Abbonament inkluż spejjeż postali għall-Amerka u l-Kanada:
€15.14 fis-sena (Lm 6.50)

Abbonament inkluż spejjeż postali għall-Awstralja:
€18.63 fis-sena (Lm 8.00)

15 il-harga tal-Qiegha 16-il Edizzjoni tal-Qiegha 17-il harga tal-Qiegha
18-il harga tal-Qiegha 19 il-harga tal-Qiegha 20 harga tal-Qiegha

 

*
*

Destination for all seasons


*
* *
* Ara il-Video *
*

*

  Mill-Qiegha Mejju 2010


17 ta' Mejju, 2010
*
* *
* Niżżel *
*
*

Applikazzjonijiet
għall-Attivitajiet
fil-Beraħ fil-Lokalita
tal-Mellieħa


*
* *
* Niżżel *
*
gov.mt Gvern ta' Malta