Playing Field fi Triq l-Erwieħ

Il-Playing Field ta` wara l-Knisja
L-aktar bandli popolari fost dawk li nsibu fil-lokalita` huma dawk magħrufa bħala Ta` Wara l-Knisja, jew inkella ta` ħdejn iċ-ċimiterju. Din il-playing field hija post ta` rikrejazzjoni mhux biss għall-Melleħin iżda wkoll għat-turisti li jiġu jżuru l-Mellieħa matul is-sena, kif ukoll Maltin oħra li minn ġimgħa għal ġimgħa jiġu jgawdu l-veduta unika, tal-Bajja tal-Mellieħa. Għal diversi snin kien hemm il-ħsieb li jsir xi xogħol u fl-aħħar tas-sena 2001 il-Kunsill Lokali ħa ħsieb li jagħmel ix-xogħol kollu neċessarju. Il-kumpaniji Central Asphalt Ltd u Polidano Group għenu bi sħiħ biex dan il-proġett jiġi mwettaq.

Ix-Xogħol Involut
Ix-xogħol kien jikkonsisti fi tqegħid ta` 'safety material' madwar il-bandli, tiswija tal-bandli, paviment ġdid u sistema tad-dawl ġdida.

Appell
L-appell tagħna huwa li nibzgħu għall-post u nħarsuh minn kull tip ta` vandaliżmu u ma nibqgħux lura milli nwaqqfu lil kull min jagħmel ħsara lil dan il-post.

Inawgurazzjoni
Il-post ġie inawgurat fit-18 ta` Diċembru 2001.

 

*
*

Destination for all seasons


*
* *
* Ara il-Video *
*

*

  Mill-Qiegha Mejju 2010


17 ta' Mejju, 2010
*
* *
* Niżżel *
*
*

Applikazzjonijiet
għall-Attivitajiet
fil-Beraħ fil-Lokalita
tal-Mellieħa


*
* *
* Niżżel *
*
gov.mt Gvern ta' Malta