Proġett - Skema tat-Traffiku Ġdida fi Triq il-Kbira
It-tieni fażi ta` titjib u tisbieħ tat-triq prinċipali li taqsam il-Mellieħa u li hi l-aktar triq kummerċjali mhux biss ser tagħti dehra isbaħ iżda se sservi wkoll sabiex it-traffiku jkun aktar kontrollat, jew aħjar immaniġġjat b`mod aktar professjonali.
Minbarra li saru l-bankini ġodda, sar parkeġġ aktar serju għal dawk il-karozzi li jieqfu f`din il-parti ta` Triq il-Kbira.
Tpoġġew ukoll tliet ‘pelican lights' sabiex il-pubbliku jkun jista` jaqsam f`dawn l-inħawi b`faċilita` u b`aktar serħan il-moħħ.
Dan ix-xogħol kien jinkludi l-irranġar tal-parkeġġ li jeżisti quddiem il-mitħna u biddel għall-aħjar id-dħul u l-ħruġ għall-Għoljiet tal-Mellieħa, kif ukoll dawk għal Santa Maria Estate.