Proġett ta` Resurfacing f`Mellieħa Heights
Dan il-proġett kien jikkonsisti fil-kisi mill-ġdid bit-tarmak u bdil bankini tat-toroq fl-area magħrufa bħala l-Għoljiet tal-Mellieħa u l-area Ta` Snajjin.
It-Toroq Involuti
Dan il-proġett kien jinvolvi t-toroq kollha fiż-żona ta` Mellieħa Heights kif ukoll Triq Snajjin, Triq Sant`Elena, Triq Franġisk Zahra, Triq Sammy Bartolo u Triq Dun Franġisk Sciberras. It-toroq imsemmijin hawn fuq kienu jinvolvu 26,600 metru kwadru ta` kisi bit-tarmak jew 2.43 kilometri tul ta` toroq urbani.