Xogħlijiet Oħra

Mellieħa Information Boards
Il-Kunsill Lokali Mellieħa dan l-aħħar waħħal erba` ‘information boards' għall-benefiċċju tat-turisti li jżuru l-lokalita` tal-Mellieħa. L-‘information boards' twaħħlu fi Triq il-Kbira - fl-entratura tal-Mellieħa, f`Misraħ iż-Żjara tal-Papa - viċin is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa, fl-Għadira u f`Għajn Tuffieħa. Fuq dawn l-‘information boards' wieħed isib informazzjoni dwar is-siti storiċi, is-siti naturali, il-postijiet ta` interess, il-bajjiet u s-servizzi pubbliċi fil-Mellieħa.

Mafkar dwar il-Wasla ta` l-Ilma fil-Mellieħa

Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa approva l-proposta tas-Sotto Kumitat Ambjent u Wirt Storiku sabiex jinbena mafkar li jfakkarna fil-wasla ta` l-ilma ġewwa r-raħal tagħna. Il-post magħżul sejjer ikun f`Misraħ iż-Żjara tal-Papa eżattament quddiem l-Għassa tal-Pulizija. Kien sewwa sew f`dan il-lok li fl-1912 inbniet l-ewwel pompa ta` l-ilma fil-Mellieħa. Dakinhar kienet festa kbira u importanti. Għaldaqstant inħass il-bżonn li jitfakkar dan il-jum storiku.

Belveder fi Triq Qasam Barrani
Il-Kunsill Lokali permezz tal-ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet fuq id-distrett tal-Mellieħa għamel xogħol ta` rijabilitazzjoni fid-daħla ta` Qasam Barrani biex din tingħata dehra aħjar, kif ukoll jinħolqu faċilitajiet għall-parking, bankini íodda u soft areas, faċċata tal-ground tal-futbol. L-ispiża biex sar dan ix-xogħol laħqet Lm 5,000 u ġiet iffinanzjata mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa.

Belveder f`Selmun
Il-Kunsill Lokali Mellieħa permezz tal-ħaddiema tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet għamel ix-xogħol neċessarju biex parti minn Triq Selmun tinbidel f`belveder u wieħed ikun jista` jgawdi l-veduta li joffri dan il-post.

 

*
*

Destination for all seasons


*
* *
* Ara il-Video *
*

*

  Mill-Qiegha Mejju 2010


17 ta' Mejju, 2010
*
* *
* Niżżel *
*
*

Applikazzjonijiet
għall-Attivitajiet
fil-Beraħ fil-Lokalita
tal-Mellieħa


*
* *
* Niżżel *
*
gov.mt Gvern ta' Malta