Ġnien Pubbliku fi Triq is-Sifa

Inawgurazzjoni ta` Ġnien il-Kenn Soċjali, f`Ta` Pennellu

bandli fi triq is-sifaNhar is-Sibt, 10 ta` Frar 2007 saret l-inawgurazzjoni ta` Ġnien il-Kenn Soċjali, f`Ta` Pennellu. Preżenti fost oħrajn għal din iċ-ċerimonja kienu l-Ministri l-Onorevoli Dolores Cristina, l-Onorevoli Ċensu Galea u l-Onorevoli Louis Deguara, is-Sindku tal-Mellieħa John Buttigieg u l-membri kollha tal-Kunsill, l-Onorevoli Michael Gonzi, Membru Parlamentari, impjegati mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar u rappreżentanti ta` soċjetajiet u għaqdiet Melleħin. Kienu mistiedna wkoll ir-residenti li joqogħdu fil-viċinanzi ta` dan il-ġnien.


Iċ-ċerimonja li saret fuq il-post, bdiet bi żfin folkloristiku minn Arte Emocion by Corinne Turner. Dawk preżenti segwew ukoll qari ta` żewġ poeżiji minn Maria Grima bl-isem "Lil San Pawl" u "Ġnien il-Kenn Soċjali" li nktibet proprju għal din l-okkażjoni minn Maria Grima. Selezzjoni mill-Għaqda Korali u Orkestrali Maria Bambina flimkien mal-kor tat-tfal ta` l-istess għaqda animaw il-programm b`kant u b`siltiet mużikali. Waqt iċ-ċerimonja saru diskorsi ta` l-okkażjoni mill-Onorevoli Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali Dolores Cristina u mis-Sindku tal-Mellieħa, is-Sur John Buttigieg. Iċ-ċerimonja waslet fit-tmiem tagħha bit-tberik tal-ġnien mir-Reverendu Kappillan tal-Mellieħa, Dun Karm Mercieca u bil-ftuħ uffiċjali tal-ġnien mill-Onorevoli Dolores Cristina li kienet akkumpanjata mis-Sindku u l-membri tal-Kunsill tal-Mellieħa.

 

*
*

Destination for all seasons


*
* *
* Ara il-Video *
*

*

  Mill-Qiegha Mejju 2010


17 ta' Mejju, 2010
*
* *
* Niżżel *
*
*

Applikazzjonijiet
għall-Attivitajiet
fil-Beraħ fil-Lokalita
tal-Mellieħa


*
* *
* Niżżel *
*
gov.mt Gvern ta' Malta